L-organizzazzjoni estremista magħrufa bħala ISIS qed taħtaf nies bħala skjavi. Il-mexxej tagħha jgħid li jrid jagħmel lill-Musulmani s-sidien tad-dinja kollha u lil dawk li mhumiex Musulmani jagħmilhom skjavi jew ikunu l-‘propjetà’ tal-Musulmani. Jemmen li għandhom jitneħħew id-drittijiet tan-nisa li jappartjenu għal reliġjonijiet jew setet oħra; li dawn jitrażżnu u jsiru konkubini (skjavi) u jġagħluhom isiru n-nisa tagħhom.
L-ewwel u qabel kollox, l-Iżlam ma jippermittix gwerra offensiva f’isem ir-reliġjon. F’Kapitlu 22, versi 40-41, tal-Koran Imqaddes, Alla jistqarr li l-permess għal gwerra difensiva ngħata l-għaliex kieku l-Musulmani ma ddefendewx lilhom infushom meta kienu attakkati, il-paċi fid-dinja kollha kienet tkun f’periklu kbir.
Fid-dawl ta’ dan kollu, tistgħu taslu biex tifhmu kemm huma kompletament żbaljati l-hekk imsejħa Musulmani tal-lum meta jsostnu li huwa permissibbli li jinqatlu dawk li mhumiex Musulmani, li jitteħdulhom artijiethom jew li jinqabdu priġunieri. Ir-realtà hija li l-Iżlam huwa dak it-twemmin li jiggarantixxi d-dritt ta’ kull individwu li jgħix fil-libertà u l-ħelsien. U l-Iżlam huwa dik ir-reliġjon li ggarantiet id-dritt ta’ kull individwu li jgħix fil-paċi u fl-armonija, tkun xi tkun il-fidi jew l-isfond ta’ ħajja tiegħu.
L-Iżlam jitkellem ċar u tond dwar ir-regoli ta’ gwerra. F’Kapitlu 5, vers 9, Alla jgħallem lill-Musulmani biex dawn jaġixxu b’onestà u b’ġustizzja, anke fi stat ta’ gwerra. Alla jgħid li l-ostilità ta’ nazzjon jew poplu qatt ma għandha twassal Musulman biex jaġixxi b’mod inġust għax dak imur kontra l-onestà.
F’Kapitlu 8, vers 68, Alla jgħid li mhux sewwa li jinżammu priġunieri jekk ma jkunx hemm stat ta’ gwerra l-għaliex jekk jiġri hekk mela dan ikun qed isir biss minħabba l-ġid u l-poter u mhux għall-imħabba ta’ Alla. Għaldaqstant, dan juri biċ-ċar li fi żmien ta’ paċi mhuwiex aċċettabbli li jinżammu nies priġunieri, iżda llum qed naraw lil dawn l-hekk imsejħa ‘Iżlamisti’ li qed jaħtfu bil-forza għadd kbir ta’ nies innoċenti u fl-istess waqt qed iġagħlu nisa bla difiża biex ikunu l-konkubini tagħhom.
F’Kapitlu 47, vers 5 tal-Koran Imqaddes, Alla s-Setgħani stqarr li l-priġunieri tal-gwerra għandhom jinħelsu mat-tmiem tal-gwerra nnifisha. F’dan il-vers, Alla jkompli jgħid li dawn għandhom jinħelsu għal somma ta’ flus jew ikun ferm aħjar jekk jinħelsu bħala att ta’ ħniena jew bħala favur. Għaldaqstant, meta tispiċċa l-gwerra l-priġunieri għandhom jinħelsu u dan japplika kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Dwar il-ħlas ta’ flus biex jinħeles priġunier, f’Kapitlu 24, vers 34, il-Koran isostni li jekk persuna ma tkunx tiflaħ tħallas biex jinħeles priġunier mela wieħed għandu jaċċetta l-ħlas bin-nifs u jillibera lil dik il-persuna.
Dan l-aħħar, fil-midja rajna wkoll li l-Isis ħatfu xi nies u biex eventwalment qatluhom, kiesaħ u biered. Irrid ngħmilha ċara, li skont it-tagħlim Iżlamiku l-priġunier tal-gwerra ma jistax jiġi maqtul, aħseb u ara, dawk mhux involuti fl-ebda gwerra li ġew maqtula mill-Isis b’dal-mod għall-ebda ġustifikazzjoni. Dak kollu li għamlu ma’ dawk in-nies li ġew maħtufa minnhom, huwa kompletament kontra t-tagħlim Iżlamiku. Barra minn hekk, l-Iżlam jgħid li l-Musulmani għandhom jagħmlu ġustizzja mal-priġunieri u juru ħniena lejhom.
L-Iżlam ta rispett kbir lill-ilsira u fetaħ il-bibien sabiex wieħed ikun jista’ jikseb il-ħelsien u biex jipproteġi l-libertà ladarba dan jintlaħaq. Il-Profeta Muħammad mill-bidu nett enfasizza li l-ilsira jiġu ttrattati bl-imħabba u l-ħniena, u biex jiġu mogħtija l-ħelsien. L-Iżlam jgħid li meta xi ħadd jagħti l-libertà lil xi skjav dan huwa għemil għani. Il-Koran jgħid:
“U wrejnieh iż-żewġ triqat (dik it-tajba u l-oħra l-ħażina). Aħjar għalih kieku tela’ l-iebsa (tal-għemejjel tajba). U x’inhu li jgħarrfek x’inhi t-telgħa l-iebsa? (Hija) il-ħelsien ta’ lsir, ….” (90:11-14)
Il-Qaddis Profeta Muħammad kien dejjem ħerqan dwar il-kondizzjoni tal-iskjavi, u kien jgħid:
“L-ilsira huma ħutkom. Jekk xi ħadd minnkom għandu xi lsir, allura għandu jagħtih l-istess l-ikel li jiekol hu, u l-istess libsa li jilbes hu. Tagħtuhomx ix-xogħol l-iebes, u għandkom dejjem tgħinuhom f’xogħolhom.”
Il-Qaddis Profeta Muħammad kien jgħid li “Alla se jaħfer u jsalva mill-infern lil dak il-Musulman li jagħti l-ħelsien u l-libertà lil skjav.” U l-aħħar kliem ta’ ħajtu kienu li l-Musulmani għandhom dejjem iqimu lil Alla, isegwu t-tagħlim ta’ Alla u jittrattaw lill-ilsira bi ħniena u mħabba.
Wara dan it-tagħlim ċar bħal kristall, kif jista’ jkun li l-Isis jiġġustifikaw l-atti barbari tagħhom? L-Iżlam jemmen fid-dinjità umana, fl-imħabba u l-ħniena. Għalhekk, il-Komunità Aħmadija Musulmana tippromovi u tipprattika l-motto tagħha li huwa: “Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd.” http://ahmadiyyamalta.org/2015/03/29/l-isis-l-iskjavitu-u-l-izlam/
Hello, Jiena Theresa Williams Wara li kont f'relazzjoni ma 'Anderson għal snin twal, huwa tkisser miegħi, għamilt dak kollu possibbli biex inġibu lura imma kollox kien għalxejn, ridt lilu lura minħabba l-imħabba li għandi għalih, I talbuh b'kollox, għamilt wegħdiet imma hu rrifjuta. Spjegajt il-problema tiegħi lil ħabib tiegħi u hi ssuġġeriet li nixtieq nikkuntattja xortiks li jespliċitaw li jista 'jgħinni jitfa' l-ispell biex jerġa 'jġibha lura imma jien it-tip li qatt ma emminni fil-jespliċitaw, ma kelli l-ebda għażla ħlief li nipprova, Intbagħtet il-kaxxa l-kbira tal-jespliċitaw, u qalli ma kien hemm l-ebda problema li kollox se jkun tajjeb qabel tlett ijiem, li l-ex tiegħi se jerġa 'lura lili qabel tlett ijiem, huwa tefa' l-jespliċitaw u b'mod sorprendenti fit-tieni jum, kien għall-ħabta tal-4pm. L-ex tiegħi sejjaħni, tant kont sorpriż, wieġeb it-telefonata u kull ma qal kien li kien jiddispjaċini b’dak kollu li ġara li ried jirritorna lejh, li tant iħobbni. Kont tant kuntent u mort għalih li kien kif bdejna nerġgħu ngħixu flimkien ferħanin flimkien. Minn dakinhar, għamilt wegħda li xi ħadd li naf li għandu problema ta 'relazzjoni, inkun ta' għajnuna għal tali persuna billi nirreferi lilu jew lilha għall-unika xandar ta 'jespliċitaw reali u qawwi li għenni l-problema tiegħi stess. L-email tiegħu: {drogunduspellcaster@gmail.com} tista 'tibgħatlu email jekk għandek bżonn l-għajnuna tiegħu fir-relazzjoni tiegħek jew f'xi Każ ieħor.
ReplyDelete1) Love Spells
2) Lost Spells Love
3) Waqqaf il-Ħruġ tad-Divorzju
4) Spells taż-Żwieġ
5) Tqala
6) Tqassim Spells
7) Qalb ta 'mewt
8.) Int trid tkun promoss fl-uffiċċju tiegħek
9) trid tissodisfa lill-maħbub tiegħek
10) Lotterija
Ikkuntattja lil dan ir-raġel kbir jekk ikollok xi problema għal soluzzjoni dejjiema
permezz ta '{drogunduspellcaster@gmail.com}