Thursday, August 2, 2012

Għotja ta’ ikel u frott lid-Dar tal-Providenza


Source: IL-GENSillum: 23 ta’Gunju 2012
Il-President tal-Komunità Aħmadija Musulmana ta’ Malta, Laiq Ahmed Atif, ippreżenta oġġetti ta’ ikel u frott lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.
F’kelmtejn li għamel, is-Sur Atif qal li kien il-pjaċir tiegħu li f’isem il-Komunità tiegħu jgħin, iservi u jieħu sehem fil-kawża ġusta u nobbli li toffri d-Dar lir-residenti tagħha. Huwa żied jgħid li huma jemmnu fid-dinjità umana li ma għandha tħalli lil ħadd jinqata’ mill-bqija daqskemm jemmnu fl-ugwaljanza u fl-imħabba tal-umanità fejn kull persuna hija meqjusa bħala persuna umana.
Is-Sur Atif tenna li l-persuni b’diżabilità mhumiex inqas mill-oħrajn. Huma wkoll bnedmin u jistħoqqilhom kull rispett u dinjità. Huwa temm jgħid li hu importanti li niffokaw aktar fuq l-“abilità” milli fuq id-“diżabilità” biex kulħadd jingħata ċans li jesprimi l-abilità tiegħu.
F’isem ir-residenti, Fr Martin irringrazzja lill-President tal-Komunità Aħmadija Musulmana ta’ Malta għall-ġest nobbli tiegħu u fakkar li din ma kinetx l-ewwel darba li Laiq Ahmed Atif wera s-solidarjetà tiegħu u tal-Komunità Aħmadija mad-Dar tal-Providenza.
Il-Komunità Aħmadija dejjem lesta biex tgħin lil dawk li huma fil-bżonn, irrispettivament mill-fidi, kulur jew razza tagħhom.

No comments:

Post a Comment