Monday, October 31, 2011

Iż-żgħażagħ tal-lum huma l-mexxejja ta’ għada │Laiq Ahmed Atif


Source: It-Torċa: Il-Ħadd, 30 ta’ Ottubru, 2011│Laiq Ahmed Atif

Kull soċjetà hija magħmula minn nies ta’ klassi, valuri u età differenti; u kulħadd għandu r-rwol importanti, essenzjali u kruċjali fis-soċjetà tal-lum u tal-futur. U dan huwa dmir ta’ kull membru tas-soċjetà biex jieħu sehem biex tissaħħaħ is-soċjetà. U s-soċjetà hija bħala bukkett fjuri fejn kull fjura tipparteċipa biex tagħmel buk-kett mill-isbaħ, u kull fjura għandha kulur, riħa u daqs differenti imma flimkien huma l-bukkett u għalhekk jidhru isbaħ.

Iż-żgħażagħ huma parti mill-bukkett tas-soċjetà, iżda r-rwol tagħhom huwa iktar importanti mill-oħrajn. Huma parti integrali u essenzjali tas-soċjetà u mingħajrhom is-soċjetà mhijiex kompleta. Għalhekk jgħidu li: ‘Iż-żgħa-żagħ tal-lum huma l-forza, it-tama u l-mexxejja ta’ għada’, għax huma l-futur tas-soċjetà, tal-pajjiż u tal-komunità. Iż-żgħażagħ huma l-forza tal-bidla u jistgħu jħeġġu l-gvernijiet biex jiddikjaraw il-prijo-ritajiet tagħhom. Iż-żgħażagħ għandhom ir-responsabbiltajiet importanti lejn pajjiżhom. Huwa importanti li nitgħallmu mill-passat u ngħixu bit-tama għal futur aħjar, għal futur li jixraq lil uliedna u lill-ġene-razzjonijiet ġejjiena.

Il-ġenerazzjoni futura għandha dover biex tkun onesta, ġenwina, ta’ valuri tajba u biex taħdem lejl u nhar biex is-soċjetà u l-pajjiż jimxu ’l quddiem. Iż-żgħażagħ għandhom dmir biex jużaw il-kapaċitajiet, il-qawwa, il-kreattività u l-imaġinazzjoni tagħhom biex iservu l-pajjiż u n-nazzjon mill-aqwa, kemm jistgħu. Dawn huma ż-żgħa-żagħ li jistgħu jagħmlu d-diffe-renza, għax huma s-sinsla tan-nazzjon u jistgħu jibnu futur sabiħ għas-soċjetà b’valuri u mġiba kuraġġuża.

Iż-żgħażagħ għandhom jiffokaw fuq l-istudji tagħhom, għax l-edukazzjoni hi l-aqwa strument lejn is-suċċess u l-futur li jixraq lil pajjiżna. Għandhom jiddedikaw ħin biżżejjed għall-istudji tagħ-hom. L-edukazzjoni fiżika u l-isport huwa wkoll importanti, u ż-żgħażagħ għandhom jipprattikaw xi sport għax is-saħħa hija wkoll importanti għall-progress. Jekk iż-żgħa-żagħ ikunu b’saħħithom, jistgħu jagħmlu iktar xogħol u iktar ħidma għall-fejda tal-pajjiż.

Il-ħin huwa prezzjuż u l-ħela tiegħu hija l-ħsara tal-futur, għalhekk, iż-żgħażagħ iridu jagħmlu minn kollox biex jużaw il-ħin prezzjuż tagħhom bil-għaqal. Ħafna drabi naraw li ż-żgħażagħ jaħlu l-ħin tagħ-hom mingħajr bżonn; joħorġu għal ħafna ħin bla bżonn, dan mhux tajjeb għax kull minuta tal-ħajja tagħhom hija impor-tanti. Għalhekk, nista’ ngħid li ż-żgħażagħ tal-lum huma l-unika tama ta’ għada, u għandhom dmir biex jifhmu l-importanza tagħhom u jaħdmu skont il-bżonn tal-ħin.

Iż-żgħażagħ tal-gżejjer tagħna mhumiex anqas miż-żgħa-żagħ ta’ pajjiżi oħrajn u huma kapaċi ħafna u għandhom opportunitajiet varji. Huma għandhom il-ħila, il-kapaċità, l-attitudni, is-saħħa, l-għerf u l-abbiltà kollha biex jagħmlu l-futur tal-pajjiż mill-aqwa.

Nemmen li l-ħajja u s-suċ-ċess tan-nazzjonijiet u l-futur ta’ suċċess kbir jinsab f’idejn il-ġenerazzjoni taż-żgħażagħ tal-lum. U jekk iż-żgħażagħ tal-lum għandhom valuri sodi, edukazzjoni mill-aqwa, saħħa tajba, prijorijatijiet sewwa, kompetenza u sinċerità kollha, allura nistgħu ngħidu li l-futur hu sabiħ. U jekk, sfortunatament iż-żgħażagħ tal-lum ma jippreparawx biżżejjed, ma nistgħux ngħidu li l-futur se jkun isbaħ mil-lum. Bini tajjeb għandu bażi tajba.

Read Original Article:

Posted in www.ahmadija.org.mt | 1 Comment

No comments:

Post a Comment