Xogħol ta’ karità fil-Kamp tar-Refuġjati
Laiq Aħmed Atif, president u direttur tal-Komunità Aħmadija Musulmana f’Malta, qassam pakketti ta’ ikel lill-familji tal-Kamp tar-Refuġjati, f’Ħal Far fl-4 ta’ Settembru 2010.
Il-Komunità Aħmadija fl-Iżlam hi organizzazzjoni reliġjuża, b’fergħat f’aktar minn 198 pajjiż, ġiet imwaqqfa minn Ħażrat Mirża Gulam Aħmad (1835-1908) fl-1889 ġewwa raħal żgħir remot jismu Kadjan fil-Punġab, l-Indja. Hu afferma li hu r-riformatur mistenni tal-aħħar żminijiet. Il-Komunità li beda hi l-inkorporazzjoni tal-messaġġ benevolenti tal-Iżlam u l-purità oriġinali tiegħu li jippromwovi l-paċi u l-fraternità universali bbażata fuq twemmin f’Alla, Ħanin u li Dejjem Jaħfer.
B’din il-konvinzjoni, fi żmien seklu, il-Komunità Aħmadija fl-Iżlam kibrat globalment u taħdem biex tippratitika t-tagħlim tal-paċi tal-Iżlam billi tiġbor mijiet ta’ eluf ta’ Ewro għall-karitajiet, bini ta’ skejjel u sptarjiet miftuħin għal kulħadd u billi tinkoraġġixxi t-tagħlim permezz ta’ djalogu fost ir-reliġjonijiet.
Il-Komunità Aħmadija taħdem biex ittejjeb il-kwalità ta’ ħajja tan-nies l-iktar foqra u l-iktar vulnerabbli tad-dinja. Hija tħaddan il-prinċipji tal-paċi, tat-tolleranza, tal-imħabba u r-rispett bejn segwaċi ta’ twemmin differenti. Hija żżomm sod u taġixxi fuq it-tagħlim Koraniku: “Mhemmx sfurzar fir-reliġjon”; u tipprattika l-motto tagħha “Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd”.
Illum : Sunday, September 12 , 2010 ;
No comments:
Post a Comment