Donazzjoni mill-Komunità Aħmadija
Laiq Aħmed Atif, President tal-Komunità Aħmadija Musulmana f’Malta ppreżenta għotja ta’ 13-il pakketti ta’ ikel bħala għajnuna għad-Dar tal-Providenza lil Fr. Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.
Il-Komunità Aħmadija hi organizzazzjoni internazzjonali reliġjuża, mhux politika u mhux settarja, li taħdem biex ittejjeb il-kwalità ta’ ħajja tan-nies l-iktar foqra u l-iktar vulnerabbli tad-dinja.
Il-Komunità Aħmadija hija denominazzjoni moderna b’fergħat f’aktar minn 195 pajjiż tad-dinja, li tinkoraġġixxi d-djalogu bejn reliġjonijiet differenti. Hi tħaddan il-prinċipji tal-paċi, tat-tolleranza, tal-imħabba u r-rispett bejn segwaċi ta’ twemmin differenti. Hija żżomm sod ukoll u taġixxi fuq it-tagħlim Koraniku: “Mhemmx sfurzar fir-reliġjon” u tipprattika l-motto tagħha “Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd”.
(illum , il-Ħadd 11 ta’ Lulju 2010)
No comments:
Post a Comment